The Malta Press Club

P.O. Box 412, Valletta - Malta Tel: (356) 243212 Fax: (356) 249290

Fondazzjoni Tumas Fenech Ghall-Edukazzjoni fil-Gurnalizmu

 

"Il-Gurnalizmu Malti fis-sena 2000"

Carmel Bonello

Ghat-tieni sena konsekuttiva, The Malta Press Club organizza l-Konvenzjoni tal-Gurnalisti Maltin. Din it-tieni edizzjoni tal-Konvenzjoni saret bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Tumas Fenech ghall-Edukazzjoni fil-Gurnalizmu li twaqqfet aktar kmieni din is-sena. Ghall-Konvenzjoni, li din is-sena saret bl-Ilsien Malti, attendew 75 ruh.

It-tema maghzula "Il-Gurnalizmu Malti fis-Sena 2000" kopriet diversi temi li jolqtu dan il-qasam essenzjali tas-socjeta'. L-ewwel wahda fosthom kienet il-professjonalizmu. Il-gurnalista Ariadne Massa, li kienet l-ewwel kelliema, qalet li l-espansjoni fil-qasam tal-gazzetti u l-pluralizmu fix-xandir jistghu jaghtu l-impressjoni li dawn huma rizultat tal-fiducja li ghandu l-pubbliku fil-gurnalizmu.

Permezz tar-ricerka li ghadha kemm ghamlet ghat-tezi taghha ta' l-M.A. proprju fil-gurnalizmu, Massa wriet kemm dan huwa 'l boghod mill-verita'. Il-kredibbilta' fil-qasam gurnalistiku tinsab fi krizi. Massa spjegat kif dan johrog car mir-rizultati li kisbet fir-ricerka taghha dwar l-istatus, il-funzjoni u l-percezzjonijiet dwar il-gurnalizmu f'pajjizna.

Ghal Carmen Sammut, l-Amministratur tal-Fondazzjoni Tumas Fenech ghall-Edukazzjoni fil-Gurnalizmu, il-gurnalisti Maltin illum qed jaghmlu referenza ikbar ghall-ideologija tal-professjonalizmu. Madankollu nnutat li bl-idea "professjonali" aktarx ifissru li xogholhom huwa "missjoni" u "vokazzjoni".

Sammut tat harsa lejn il-letteratura ewlenija dwar il-professjonalizmu. Sahqet li l-gurnalisti Maltin ghandhom jaspiraw ghal-livelli oghla f'dak li jipproducu billi jaghtu aktar importanza l-edukazzjoni u t-tishih tal-korp gurnalistiku.

Hija pproponiet li l-medja Maltija ghandha tohloq "sellum professjonali" fejn riporter tajjeb ikun jista' javvanza fil-karriera billi jinghata aktar liberta' li jinvestiga u jispecjalizza milli jakkwista awtorita' jew rwol amministrattiv/manigerjali. Issuggerit dan biex il-kmamar tax-xandir ma jibqghux jitnaqqew mill-ahjar elementi.

Dwar il-Fondazzjoni Tumas Fenech ghall-Edukazzjoni fil-Gurnalizmu, Sammut habbret li din ser torganizza kors dwar it-teknika ta' l-intervista u iehor dwar il-fotografija. Dawn Iz-zewg korsijiet ser isiru minn esperti barranin.

Ser isiru wkoll sensiela ta' seminars ghal dawk li ghandhom rwol amministrattiv fil-kmamar ta' l-ahbarijiet. Dawn ser ikollhom l-ghan, fost affarijiet ohra, li jibnu gharfien ahjar dwar it-teknologija ta' l-informatika applikata ghall-gurnalizmu, u t-tmexxija ta' rizorsi umani u finanzjarji.

Sammut sostniet li minkejja l-kurrenti u l-elementi li jimmilitaw kontra l-ghaqda, il-gurnalisti Maltin diga' qed jahdmu flimkien f'sistemi informali li jghinuhom ikampaw mal-pressjonijiet tax-xoghol. Ghalkemm mhux filpront il-hsieb hu li l-gurnalisti Maltin ikunu jistghu jahdmu aktar flimkien biex igibu 'l qudiem l-interessi taghhom.

Sammut ratha difficli li The Malta Press Club tkun tista' tinforza l-Kodici ta' l-Etika jekk ma tkunx tezisti licenzja gurnalistika. Madankollu l-gurnalisti ghandhom jaspiraw ghal status oghla u jehtieg li jippromwovu aktar awto-dixxiplina biex tizdidilhom il-kredibbilta' u l-istima tal-pubbliku.


L-Etika Gurnalistika

Dan serva ta' siparju biex Dr Klaus Vella Bardon, Membru tal-Press Ethics Commission, jittratta t-tema ta' "L-Etika ghall-Awtonomija Gurnalistika". Huwa qal li kulhadd jaqbel li socjeta' b'sahhitha tehtieg gurnalizmu hieles. L-awtonomija gurnalistika tassigura l-liberta' biex gurnalisti jfittxu l-verita', joffru spazju ghal dibattitu xieraq, tghasses kontra l-abbuzi u korruzzjoni ta' kull xorta, u tghin biex tizviluppa l-bniedem.

"B'danakollu, liberta' minghajr responsabbilta' tohloq dizgwid u tkisser l-armonija fis-socjeta'. Liberta' minghajr responsabbilta' hija perikoluza," sostna Dr Vella Bardon. Ghalhekk jehtieg il-bzonn ta' Kodici ta' Etika Gurnalistika. Dan ghandu jservi ta' gwida ghal dawk li jahdmu f'kamp daqshekk siewi u sensittiv. "Wasal iz-zmien li l-korp gurnalistiku jaccetta u japplika l-etika bhala aspett integrali tal-professjoni tieghu ghall-gid tal-gurnalisti nfushom u tas-socjeta' nfisha," qal Dr Vella Bardon.


Il-Gurnalist u l-Ligi

Waqt din il-Konvenzjoni sar maghruf li The Malta Press Club nieda progett biex ikunu riveduti l-ligijiet li jolqtu lill-gurnalizmu f'Malta halli jkunu jirriflettu l-aktar hsieb modern f'dan il-kuntest. Il-gurnalista Steve Mallia u l-Prim Imhallef Emeritus il-Professur Giuseppe Mifsud Bonnici huma z-zewg persuni li qed jahdmu fuq dan il-progett. Ghaldaqstant, it-tnejn li huma ttrattaw id-"Drittijiet u Obbligi Legali tal-Gurnalist".

Steve Mallia offra perspettiva ta' kif il-gurnalista jhares lejn il-ligi tal-libelli. Huwa ttratta d-diffikutajiet li jiffaccjaw biex izommu bilanc bejn il-kelma hielsa u l-protezzjoni tar-reputazzjoni. Huwa rrefera wkoll ghal kif il-medja Maltija ttrattat il-kaz topiku tat-tewmin Sijamizi Ghawdxin fid-dawl tad-decizjoni tal-Qorti Ingliza. Mallia staqsa jekk il-gurnalisti f'pajjiz (f'dan il-kaz huwa Malta), ghandhomx isegwu l-ispirtu ta' ordni li tkun inghatat minn qorti ta' pajjiz iehor.

Ic-ermen ta' The Malta Press Club, Ray Bugeja, li mexxa din il-Konvenzjoni, qal li l-Kummissjoni ta' l-Etika Gurnalistika ntalbet u ser taghti linji ta' gwida ghall-gurnalisti biex ikunu jafu kif jirregolaw ruhhom f'kazi simili.

Interessanti u vivaci kien l-intervent tal-Prim Imhallef Emeritus Professur Giuseppe Mifsud Bonnici, li spjega l-fehma tieghu dwar is-sub judice. Huwa staqsa ghaliex ghandu jkun hemm awra ta' sagralita' dwar is--sub judice ? L-opinjoni tieghu hija li, sakemm gurnalista jittratta l-kaz b'rispett u jzomm mal-verita', ma jarax il-bzonn li jkun hemm il-projbizzjoni li gurnalist jikkummenta dwar kaz pendenti. Huwa ppropona li The Malta Press Club torganizza seminar dwar is-sub judice halli dan is-suggett ikun jista' jigi ttrattat fid-dettal. Ir-rizultat ta' seminar bhal dan ghandu jwassal biex ikun hemm trattament aktar responsabbli mill-gurnalist halli dan jikseb aktar liberta' f'hidmietu fil-kamp tal-Qorti.


L-Uzu tal-Malti fil-Gurnalizmu

The Malta Press Club wera li huwa konxju li l-Malti fil-gurnalizmu miktub u mitkellem huwa 'l boghod mil-livell mixtieq. Kien ghalhekk li ghal din il-Konvenzjoni stieden lil Dr Charles Briffa, il-President ta' l-Akkademja tal-Malti, biex jittratta dan is-suggett.

Fl-intervent tieghu, Dr Briffa spjega kif fil-hajja kollettiva tas-socjeta', il-lingwa tintuza biex thaffef il-komunikazzjoni. Imma jigri li fil-kumplessita' socjali l-lingwa tizviluppa mezzi biex taghzel bejn funzjonijiet u okkazjonijiet differenti skond impenji professjonali, socjali u politici. Huwa qal li l-gurnalizmu Malti gharaf johloq ir-registru tieghu, jigifieri damma ta' kliem li jintuzaw l-aktar, jew biss, f'dan il-qasam.

It-thaddim tal-Malti fix-xandir qed jaqdi lis-socjeta' kontemporanja. Ghal din ir-raguni, u minhabba s-setgha li ghandu l-gurnalizmu fuq id-dinja ta' llum, il-Malti fil-gurnalizmu jehtieg li jkun uzat bil-galbu, bil-prudenza, u b'efficjenza.

Dr Briffa qal li l-gurnalist Malti ghandu r-responsabbilta' socjali li jhaddem il-Malti kif jixraq u minghajr zbalji. Minnu nnifsu, dan jitlob trawwim fejjiedi u t-twettiq tar-regoli lingwistici fil-livelli kollha. Jitlob ukoll li jsir uzu tal-lingwa skond ix-xorta ta' udjenza li ghaliha tkun intenzjonata. Huwa kkwota minn rapport li kien kiteb il-Professur Oliver Friggieri fl-1973. Fih kien ittratta l-problemi li johloq uzu hazin tal-Malti mill-gurnalisti.

Dr Briffa kkwota minn kitba ta' Dr Herbert Ganado biex fil-gurnalizmu Malti jipproponi dak li huwa sejjah "stil ta' Malti kollaborattiv". Dan ma jistax isehh jekk il-gurnalista ma jkollux hila fit-thaddim tal-Malti.

Bhalissa l-Akkademja tal-Malti b'kollaborazzjoni ma' The Malta Press Club qed tvara progett bil-ghan li jitjieb il-Malti fil-kmamar ta' l-ahbarijiet tat-tliet stazzjonijiet televizivi ewlenin: il-PBS, One News u Net News.


Il-Qaghda tal-Mara fil-Gurnalizmu

Is-Socjologa Ghawdxija Dr JosAnn Cutajar tat harsa lejn l-istudji li saru f'dawn l-ahhar sitt snin dwar il-prezenza ta' gurnalisti nisa fil-medja Maltija. Minnhom jidher li ghalkemm zdied in-numru ta' gurnalisti nisa, il-kontenut u l-fokus ta' l-ahbarijiet ghadu fuq il-kontribut li joffru certi gruppi socjali f'Malta.

Dan ifisser, sostniet Dr Cutajar, li ghalkemm il-medja qed jinfurmaw lic-cittadini Maltin dwar certi avvenimenti li qed isiru f'certi oqsma, fl-istess waqt qed ihalluhom fid-dlam dwar oqsma ohra. Dawn huma oqsma li forsi jghinu biex tkun agevolata l-participazzjoni civika, ekonomika u politika ta' certi gruppi socjali fis-socjeta' Maltija u Ghawdxija.

Fil-prezentazzjoni taghha, Dr Cutajar tkellmet dwar kif il-gurnalizmu Malti jiffoka fuq certi nies u suggetti, u dwar il-konsegwenzi li dan johloq ghal dawk il-gruppi marginalizzati mill-industrija tal-medja. Hija spjegat ukoll kif il-prezenza ta' aktar nisa fis-settur tal-medja jista' jghin biex isir tibdil ghall-ahjar fid-dinja gurnalistika.


Spin Doctors u Gurnalizmu

L-Editur ta' The Malta Independent, Fr Noel Grima, ta harsa storika dwar il-prattika ta' li 'spin doctors' barra minn Malta. Imbaghad ittratta r-relazzjonijiet mqallba bejn dawk li kellhom is-sahha u l-poter tal-mezzi tax-xandir f'dawn l-ahhar 30 sena f'Malta.

Fr Noel sostna li ghalkemm l-influwenza ta' l-ispin doctors tiddependi kif dawn jezercitaw din is-sahha, din l-influwenza tiddependi ukoll fuq kif il-gurnalist ihares lejn id-doveri tieghu.

Biex jirreagixxu ghad-diskors ta' Fr Noel Grima, skond il-programm tal-Konvenzjoni, kienu mistiedna Pierre Portelli li huwa l-Editur ta' Net News u Joe Mifsud, gurnalista ma' One News. Portelli staqsa jekk humiex il-gurnalisti nfushom li qed jaqilbu r-realta' ta' taht fuq, meta huma stess jahsbu li jridu jaghtu l-ispinn.

Punt iehor li qajjem Portelli huwa dwar l-istazzjonijiet televizivi, li minghajr dubju huma l-aktar medja qawwija f' pajjizna. Portelli qal li dawk li qed imexxu l-kmamar ta' l-ahbarijiet ta' l-istazzjonijiet televizivi ghandhom eta' medja ta' 30 sena. "Ghand min ser imorru dawn biex jikkonsultaw rwiehhom meta jkunu ffaccjati b'diffikultajiet etici?" staqsa Portelli.

Punt iehor li enfasizza fuqu kien il-bzonn li tkun The Malta Press Club li tibda tohrog il-Press Card u mhux aktar id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. Meta jsir dan, The Malta Press Club tkun f'qaghda li tista' tara li kull gurnalist jimxi b'mod professjonali u etiku.

Punt li kien precizat mid-Direttur ta' l-Informazzjoni, Emmanuel Abela, prezenti ghal din il-Konvenzjoni, huwa li l-Press Card tad-DOI mhix certikazzjoni li min ikollu jkun gurnalist, izda biss semplici pass. Diversi gurnalisti prezenti sostnew li l-prattika li l-Press Card tohrog mill-Gvern hija prattika li tintuza fi stati fejn id-demokrazija hija nieqsa. La qed nghixu f'pajjiz demokratiku, ghandu tkun The Malta Press Club biss li tohrog il-Press Card u hadd iehor hliefha.

Fl-intervent tieghu, Joe Mifsud qal li l-ispin doctor jista' jkollu l-agenda personali tieghu, li mhux bilfors tkun dik tal-partit tieghu. Huwa qal li l-gurnalisti gieli jkunu aktar protetturi tal-partit milli ghassiesa ghal gid tas-socjeta'.

Mifsud semma' wkoll il-prattika tat-tpartit ta' l-informazzjoni, diversi drabi ghal skopijiet personali iktar milli ghall-partit. F'dan il-qasam, huwa sostna, jista' jkun hemm diversi idejn mohbija li jkunu qed jimmanipulaw l-informazzjoni.


Is-Sitwazzjoni tas-Suq u l-Gurnalizmu

Il-gurnalizmu ma joperax f'vakum u ghalhekk jehtieg mezzi finanzjarji. Skond il-gurnalista anzjan Charles Mizzi, tezisti pressjoni fuq il-gurnalisti, mhux biss mill-politici imma wkoll mis-settur kummercjali. Il-maggoranza kbira tal-Maltin ma ghadhomx jistennew il-gurnali ta' filghodu biex jisimghu l-ahbarijiet ghax illum qed isiru jafu b'dawn aktar malajr permezz tar-radju u t-televizjoni. Mizzi sostna li biex gurnal ikampa jrid ikollu dhul sostanzjali minn zewg ferghat magguri: ic-cirkolazzjoni u r-reklami. Dwar ta' l-ewwel huwa esprima l-htiega li c-cirkolazzjoni tibda tkun awditjata b'mod professjonali. Dwar ir-reklami huwa qal li ghad hemm cirkustanzi ta' pressjoni minn dawk li jirreklamaw.


Gurnalizmu Indipendenti: Realta' jew Holma?

L-osservatur gurnalistiku, Dr Toni Abela, ghamel diversi konsiderazzjonijiet fid-dawl tal-principju ta' l-awtonomija gurnalistika, kemm fuq linji politici kif ukoll kostituzzjonali. Huwa ppropona xorta ta' tribunal ghall-harsien ta' l-indipendenza tal-hsieb u l-awtonomija tal-gurnalisti.

Esprima l-bzonn li l-gurnalisti jkollhom l-ghaqda trejdunjonistika taghhom stess. Punt iehor li qajjem Dr Abela kien li l-gurnalisti jkunu akkreditati b'gurament. Ghal Dr Abela, l-unika forma ta' gurnalizmu hija dik indipendenti, u gurnalizmu li mhux hekk, ma ghandux jissejjah gurnalizmu.


Konkluzjoni

Mill-Konvenzjoni ta' din is-sena hareg car li dan hu pass importanti iehor ghall-gurnalist u l-gurnalizmu Malti. Il-Konvenzjoni nfisha, bhala l-forum annwali tal-gurnalisti Maltin, hija holma li ftit kienu l-gurnalisti li qatt bassru li tista' ssehh.

Izda aktar importanti minn hekk huwa l-kontenut. Il-programm ta' din is-sena offra tahlita ta' ricerka xjentifika, teorija tal-gurnalizmu applikata fil-prattika, esperjenza gurnalistika, kif ukoll progetti u vizjoni ghall-gurnalizmu Malti.

Jekk fuq naha, il-gurnalizmu Malti qed isofri minn krizi ta' kredibbilta' u nuqqasijiet serji fit-thaddim tal-lingwa, mill-banda l-ohra hemm The Malta Press Club li, flimkien mal-Fondazzjoni Tumas Fenech ghall-Edukazzjoni fil-Gurnalizmu, qed tahdem biex tibni korp gurnalistiku.

F'dan is-sens, The Malta Press Club diga' impenjat ruhha li tippubblika l-fehmiet prezentati mill-kelliema waqt din il-Konvenzjoni, li ghal darba ohra saret fin-New Dolmen Hotel, Bugibba. Dan qed isir biex tinbena dik l-istruttura ta' gherf mehtiega bhala l-bazi ta' kultura gurnalistika Maltija.

 



 
Email
Contact Us
   
Design and hosting services provided by

Last Update 15th March 2001